Il-grupp tal-Ħamas jinsab taħt pressjoni mill-Istati Uniti u r-Renju Unit, biex jaċċetta proposta mill-Gvern Iżraeljan, li tara l-waqfien mill-ġlied f’Gaża u twiegħed ir-rikostruzzjoni tar-reġjun.
Fl-aħħar xhur saru numru ta’ attentati biex jintlaħaq il-paċi bejn Iżrael u Ħamas, li mhux biss ma rnexxewx imma wkoll iggravaw l-attakki fuq il-Palestinjani f’Gaża.
Jirreaġixxi għal proposta, il-President Amerikan Joe Biden insista li wasal iż-żmien li l-gwerra tara tmiemha. Qal ukoll li l-proposta tal-Iżrael għandha tinqasam f’tlett fażijiet.
L-ewwel fażi tara l-waqfien temporanju mill-ġlied għal sitt ġimgħat, u t-truppi Iżraeljani jirtiraw miż-żoni f’Gaża. F’dan il-proċess tiżdied l-għajnuna umainitarja billi jibda’ jidħol f’Gaża minn tal-inqas 600 trakk kuljum.
It-tieni fażi tassigura li l-ostaġġi kollha li qed jinżammu mill-Ħamas jittieħdu kollha l-Iżrael, u l-istess bl-ostaġġi ġewwa l-Iżrael miżmuma mill-Iżrael.
It-tielet fażi, u “l-iktar waħda importanti,” twassal għall-waqfien permanenti mill-ġlied u r-rikostruzzjoni ta’ Gaża.
Biden wera’ frustrazzjoni mal-insistenza tal-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu, li indika li mhux beħsiebu jwaqqaf il-gwerra, iżda fi kliemi baqa’ jiddefendi lil Iżrael.
Huwa tefa’ l-ballun f’sieq il-Ħamas, u qal li jridu jkunu huma issa li jaċċettaw il-proposta.
Minkejja l-pressjoni kollha, għad mhux magħruf jekk l-uffiċjali Iżraeljani jaqblux il-proposta. Biden qal li jaf b’persuni fil-gvern li mhumiex kuntenti biha, iżda hija din il-proposta li “verament hi ġusta.”
Intant, l-eks Prim Ministru Ingliż David Cameron, bħalissa s-Segretarju għall-Affarijiet Barranin Ingliż appella wkoll lil Ħamas biex jaċċettaw il-proposta.
Min-naħa tagħhom, il-Ħamas irrikonoxxew il-proposta bħala “pass ‘il quddiem,” iżda qalu li l-poter militari biex jitwaqqfu jibqa’ f’idejn Netanyahu.