L-iskema tal-10% depożitu se tiġi estiża għall-proprjetajiet b'valur ta' €225,000
Il-wegħda elettorali ta' €10,000 mnaqqsa mil-loan tal-first time buyers se tingħata mal-iskemi diġà preżenti
More in Elezzjoni 2022
Il-wegħda elettorali ta' €10,000 mnaqqsa mil-loan tal-first time buyers se tingħata mal-iskemi diġà preżenti
Illum waqt konferenza tal-aħbarjiet il-Prim Ministru Robert Abela akkumpanjat mill-kandidati Naomi Cachia u Cressida Galea ħabbar aktar wegħdiet elettorali, li jolqtu waħda mill-aktar problemi li qed jaffaċjaw iż-żgħażagħ, jiġifieri l-proprjetà.
Skema kurrenti li jibbenefikaw minnha l-first-time buyers hija li koppja tista' tisself l-10% depożitu li jitħallas mal-konvenju tax-xiri tal-proprjetà tagħhom. Dan is-self jista' jitħallas fuq medda ta' 15-il sena mingħajr imgħaxx. Sa' issa din l-iskema kienet tgħid li din kienet tgħodd biss għall-proprjetà b'valur massimu ta' €175,000. Madankollu, Abela saħaq li jekk il-PL jerġa' jingħata l-fiduċja tal-poplu, din l-iskema tiġi estiża għal proprjetajiet b'valur ta' €225,000.
Lil hinn minn hekk, Abela ħabbar li l-Gvern se jkun qiegħed inaqqas €1,000 kull sena mil-loan tal-first-time buyers għall-ewwel għaxar snin. B'hekk b'kollox se jitnaqqas total ta' €10,000 mil-loan tal-first-time buyers. Għaldaqstant, din l-għotja se tiswa €3.8 miljun għall-ewwel sena u €57 mijun tul il-leġislatura kollha.
"L-għaqal u li wieħed jaħdem għal dak li jixtieq għalih u għall-familja tiegħu għandu dejjem ikun sostnut u ppremjat u dak huwa l-ħsieb wara din il-miżura importanti. Miżura li jekk ningħataw il-fiduċja, m'hemmx dubju li se tgħin l-aktar liż-żgħażagħ," saħaq il-Prim Ministru Abela.
Intant Naomi Cachia kandidata fuq is-seba' u t-12-il distrett saħqet li tinsab "konvinta li ż-żgħażagħ Għawdxin u Maltin jappreżżaw dak li ġie mplimentat diġà u nwegħduhom li jekk jerġgħu l-fiduċja dan il-moviment ser jerġa' jkun magħhom, biex jgħinhom iwettqu l-ħolm tagħhom".
Min jikkwalifika għal din l-iskema?
Abela saħaq li ma' din l-iskema mhux se jkun allaċjat ebda' means testing. L-unika rekwiżiti huma li koppji jew persuni li:
X'inhuma l-iskemi preżenti tax-xiri ta' proprjetajiet?
Abela saħaq li llum il-ġurnata pajjiżna għandu rekord ta' persuni sidien ta' djarhom u "dawn l-inzjattivi li daħħalna sena wara l-oħra żgur li għenu. Dawk ser jibqgħu hemm u din se tingħaqad magħhom."
Dawn l-iskemi msemmija mill-Prim Ministru huma:
Biex nagħtu eżempju; jekk koppja tiddeċiedi li tixtri proprjetà għall-ewwel darba f'UCA f'Għawdex.
Intant Cressida Galea kandidata fuq l-ewwel distrett saħqet li dawn l-iskemi huma l-pass naturali li kien imiss u l-iskema tat-tnaqqis mil-loan hija waħda progressiva, "speċjalment peress li mhux se jkun hemm capping fuq il-valur tal-proprjetà li tiegħu se tkun allaċjata wkoll din l-iskema. Dan għaliex peress li l-għajnuna tkun l-istess għall-kulħadd, għaldaqstant dawk li ser ikunu qed igawdu l-aktar minnha huma dawk li għandhom dħul baxx jew anke wkoll il-prezz tal-proprjetà baxx."