Nazzareno Bonnici, magħruf aħjar bħala Żaren tal-Ajkla se jkun - mill-ġdid fuq il-lista ta' kandidati għall-elezzjoni ġenerali tas-26 ta' Marzu. Huwa fil-fatt kien fost dawk li llum komplew jitfgħu n-nominazzjonijiet, fit-tieni jum li fih qed jintlaqgħu mill-Kummissjoni Elettorali.
Bonnici se jkun kandidat fit-Tielet Distrett li jinkudi liż-Żejtun, Ħal Għaxaq, Marsaxlokk u Wied il-Għajn.
Intant fost dawk li tefgħu isimhom illum kien hemm Aaron Farrugia, Clyde Caruana, Byron Camilleri u Chris Agius mill-Partit Laburista u Edwin Vassallo, Leono Sciberras u Chris Said mill-Partit Nazzjonalista.
In-nomini jgħalqu nhar Ħadd, 6 ta’ Marzu 2022 fid-7:00 p.m.