X'qed idejjaq l-aktar liż-żgħażagħ u lill-votanti ġodda?
Għada, il-gazzetta ta' kull nhar ta' Ħadd b'sondaġġ dwar x'qed idejjaq l-aktar liż-żgħażagħ u lill-votanti ġodda
More in Elezzjoni 2022
Għada, il-gazzetta ta' kull nhar ta' Ħadd b'sondaġġ dwar x'qed idejjaq l-aktar liż-żgħażagħ u lill-votanti ġodda
It-tieni edizzjoni speċjali tal-gazzetta ILLUM għall-elezzjoni ġenerali 2022 se toħroġ għada il-Ħadd. B'tmien paġni żejda mis-soltu u 22 paġna ta' analiżi, rapporti u studji kollha ddedikati lill-elezzjoni, l-ILLUM se tippubblika wkoll sondaġġ ieħor li sar minn Polar, dwar l-akbar tħassib tal-poplu Malti u Għawdxi.
Għat-tieni edizzjoni speċjali l-gazzetta ILLUM tkellmet ma' żewġ Deputati u kandidati għal din l-elezzjoni, Ryan Callus għal Partit Nazzjonalista u Clayton Bartolo għal Partit Laburista.
Għaldaqstant se jitkompli wkoll il-ġabra interresanti tal-profili tal-Partiti fejn din l-edizzjoni se tkun qed tħares lejn il-Partit Nazzjonalista, il-Partit ABBA u l-Partit Popolari.
Ma jonqosx ukoll analiżi dettaljata tal-agħar mumenti li ġraw fl-aħħar leġislatura, nibdew bl-ewwel parti din il-ġimgħa dwar l-agħar mumenti tal-Partit Laburista u tkompli l-ġimgħa li ġejja bil-parti dwar l-agħar mumenti tal-Partit Nazzjonalista.
Għaldaqstant l-analiżi u r-rapporti ma jiqfux max-xena lokali anzi jmorru f'dettall saħansitra dwar dak li qed isir fl-Ukrajna u kif dan se jaffetwa lill-gżira tagħna. Dan kollu grazzi għall-intervista mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Evarist Bartolo
Fl-aħħar u mhux l-inqas, din l-edizzjoni se terġa' tara l-opinjoni ta' ħames persuni din id-darba. Saviour Balzan, Owen Bonnici, Ivan Castillo, Miriam Dalli u Carmel Cacopardo se jkunu qegħdin jgħidu l-opinjoni tagħhom b'aċċenn fuq l-aspetti soċjali u politiċi f'pajjiżna.