'Il-KSU qed iċaħħduna milli nipparteċipaw fid-dibattitu t'għada' - VOLT

Volt b'rabja kbira għaliex mhux qed jiġu mgħajta 'bħal ma titlob id-demokrazija'

Il-Partit Volt fi stqarrija fuq il-paġna ta' Facebook esprimew ir-rabja u d-diżappunt tagħhom hekk kif mhux ser jitħallew jipparteċipaw fid-dibattitu tal-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech. Dan id-dibattitu se jsir għada fl-Università ta' Malta u se jiġi mxandar fuq facebook. 

"Il-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) u l-Unjin tad-Dipattiti Universitarji (MUDU) qed iċaħħduna milli nipparteċipaw fid-dibattitu. Kellna t-tama li għaqda fl-Università tistabilixxi standars bażiċi ta' rappreżentanza demokratika," qal il-Partit. 

Intant huma saħqu li preżenti se jkun hemm studenti li jgħixu fid-distretti li se jkunu qed jikkontestaw fihom u li bħala Volt għandhom jirrappreżentaw. "Iżda leħinna mhux se nsemmgħuhom minħabba l-forzi li ddeċidew li jeskluduna fuq teknikalità." 

More in Elezzjoni 2022