Jason Azzopardi lill-Kummissarju Elettorali: 'Qażżist lil min ħalqek'

Azzopardi jallega li dalghodu ivvutaw priġunieri li mhux suppost inħarġilhom dokument tal-vot

F'messaġġ fuq il-midja soċjali d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi indirizza dik li hu sejjaħ bħala "illegalità." Dan wara li Azzopardi allega li dalgħodu stess ħarġu jivvutaw "priġunieri sentenzjati b’ħames, seba' u 10 snin priġunerija. Skont id-Deputat dan hu kollu kontra l-liġi.

Fl-istess waqt hu qal li "b'kumbinazzjoni priġunieri bl-istess piena eżatt imma li huma magħrufa li huma Nazzjonalisti ma inħarġilhomx il-vot mill-Kummissjoni Elettorali."

Intant Azzopardi ċċara li dan mhux tort tal-awtoritajiet tal-ħabs u lanqas tal-ELCOM anzi "ir-responsabbilità hija unikament ta' Joe Camilleri, Kummisarju Elettorali."

"X’nambuha l-liġi jekk il-Kummissjarju Elettorali ewlieni stess ifotti hu stess il-Ligi?," temm jistaqsi Azzopardi.

Aqra dak li qal id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi hawn:

 

More in Elezzjoni 2022