Tħassib fil-PL fuq it-turnout baxx: Id-Deputat Mexxej Laburista jappella...

Is-sit illum.com.mt huwa informat li kandidati Laburisti u fuq quddiem il-Prim Ministru nnifsu għaddejjin b'kuntatt bla waqfien ma' votanti Laburisti li baqgħu jesprimu l-ħsieb li ma jivvotawx

Fid-dawl tal-aħħar aħbar li sas-2:00 p.m kienu vvutaw 40.5% tal-votanti, id-Deputat Mexxej Daniel Micallef għamel messaġġ fuq il-midja soċjali fejn reġa' ħeġġeġ lin-nies biex joħorġu jivvotaw. Dan jirrifletti xi ftit ta' sens tat-tħassib fil-Partit Laburista hekk kif jidher li n-numru ta' nies li marru jivvotaw sas-sagħtejn kien għadu baxx inkluż f'distretti tradizjonalment Laburisti.

Is-sit illum.com.mt huwa informat li kandidati Laburisti inkluż ministri, u fuq quddiem il-Prim Ministru nnifsu għaddejjin b'kuntatt bla waqfien ma' dawk il-votanti Laburisti li baqgħu jesprimu l-ħsieb li ma jivvotawx.

"Dejjem kont konsistenti li s-surveys ma naghtiex kashom," beda' l-messaġġ Micallef. Huwa fakkar li d-destin tal-pajjiż hu f'idejn il-poplu u għalhekk issa huwa l-ħin li jivvota għal dak li jixtieq għax "wara jkun tard wisq"

Sas-2:00 p.m kienu vvutaw 40.5% tal-votanti jew 143,628 persuna minn 355,075 vot eliġibbli

Ftit sigħat ilu l-Kummissjoni Elettorali għarfet illi l-persentaġġ approssimattiv ta’ votanti li vvutaw sas-2.00 p.m, fl-Elezzjoni Ġenerali li qed isir illum kien ta' 143,628 minn 355,075. Dan ifisser​ li 40.45% persuni b'voti eliġibbli tefgħu l-vot tagħhom, 11.8% inqas mill-elezzjoni tal-2017.

 

More in Elezzjoni 2022