Jerome Caruana Cilia, kandidat tal-Partit Nazzjonalista, jidher li mar tajjeb ħafna fis-sitt distrett, tant li jinsab fuq quddiemnett għall-PN f'dan id-distrett tradizzjonalment Laburista. Fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali tas-sena 2019 huwa nħatar bħala membru tal-Kunsill Lokali ta' Ħal Qormi b'2,158 vot.
Infakkru li fl-aħħar elezzjoni ġenerali tal-2017, ġew eletti l-Prim Ministru Robert Abela, Rosianne Cutajar, Roderick Galdes u Silvio Schembri minn naħa tal-Partit Laburista. Minn naħa l-oħra, d-deputati tal-Partit Nazzjonalista li ġew eletti minn dak id-distrett huwa Clyde Puli, li għal din l-elezzjoni ma' kkontestax u Ryan Callus.
Intant, is-sitt distrett li hu magħmul minn Ħal Qormi, is-Siġġiewi u Ħal Luqa fl-aħħar elezzjoni il-PL kiseb 59% filwaqt li l-PN ġab 40%, riżultati simili tal-elezzjoni preċedenti tal-2013.