Id-Deputat voċiferu Nazzjonalista u l-avukat Jason Azzopardi kien fost dawk li ma ġewx eletti, b'mod pjuttost sorprendenti. Huwa la ġie elett fir-Raba' u lanqas pie elett fid-Disa' Distrett, għalkemm minn hawn jaf xorta jitla' bil-By Election dejjem jekk Joe Gilgio jew Robert Arrigo iċedu s-siġġu tagħhom hawn.
Azzopardi - li fl-ebda ħin ma deher fis-Sala tal-Għadd tal-voti, kien fost dawk li l-aktar illi ħadha kontra Adrian Delia pubblikament, sakemm dan tneħħa minn Kap. Huwa l-avukat ukoll tal-familja Caruana Galizia u kien fuq quddiem fi kwistjonijiet dwar governanza u dwar ġustizzja għal Daphne Caruana Galizia.
Fuq ir-raba' Distrett l-uniku siġġu li jtella' l-Partit Nazzjonalista rebħu Mark Anthony Sammut.