Il-Partit Laburista li llum kiseb rebħa storika ta' madwar 40,000 vot distakk fuq il-Partit Nazzjonalista reġa' rebaħ ir-raba' siġġu li kien tilef fl-2017 wara tnaqqis ta' ftit aktar minn 1%. Minkejja li l-Ħames Distrett dejjem kellu maġġoranza Laburista, kien fl-2013 meta il-Labour rebaħ ir-raba' siġġu għall-ewwel darba.
Il-PL reġa' rebaħ tali siġġu biex ġew eletti: Robert Abela, Miriam Dalli, Owen Bonnici u Stefan Zrinzo Azzopardi.
Dan kien Distrett kontestat ħafna hekk kif fuqu kien hemm iż-żewġ mexxejja politiċi, il-Prim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-PN Bernard Grech.
Il-Lokalitajiet f'dan id-distrett huma: Birżebbuġa, iż-Żurrieq, Ħal Safi, Ħal Kirkop, Imqabba, Qrendi u Ħal Farruġ.