'Bdejna l-ħidma sentejn u nofs ilu...issa bdejna naqtgħu l-frott'
'meta tkun pajjiż żgħir, bħalma għandna d-dritt li nkunu fit-tmun bħal pajjiżi l-kbar, għandna l-obbligi finanzjarji bħal ħaddieħor ukoll'
minn John Busuttil
DIN il-ġimgħa tela’ s-siparju fuq il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u għalhekk ħassejt li hu l-mument opportun li nintervista lill-persuna li qiegħed fit-tmun tax-xogħol kollu li jrid jinħema minn mijiet ta’ ħaddiema biex din il-presidenza tirnexxi. Ian Borg inħatar Segretarju Parlamentari fil-bidu ta’ din illeġislatura sabiex jkun fit-tmun tal-magna tal-Presidenza. Għalhekk dawn il-paġni minn Brussell se jkunu dedikati għal intervista li għamilna ma’ Ian Borg.
Għalfejn il-Presidenza Maltija talUE hija okkażjoinu speċjali għal pajjiżna?
“Il-Presidenza tal-Kunsill talUnjoni Ewropea hija okkażjoni speċjali u l-ewwel darba fl-istorja ta’ Malta li qed tassumi tmexxija ‘top-tier’ internazzjonali - ilKunsill tal-Unjoni Ewropea. Hija opportunità għal kull Stat Membru, irrispettivament mid-daqs tiegħu jew kemm ilu membru, kif inhu l-każ ta’ Malta, biex jinfluwenzaw l-aġenda tal-UE u jiggwida l-isforzi tal-UE. Malta għall-ewwel darba se tkun qed tassumi din il-Presidenza mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Gunju 2017 u ser tiddiskutti s-sitt prioritajiet magħżula minnha.”
Qabel ħadet il-Presidenza Malta, kien hemm diversi pajjiżi oħra li kienu fuq l-istess siġġu, allura dan ifisser li Malta se tkun waħda bħall-oħrajn jew se tagħmel iddifferenza aktar minn oħrajn?
“Waħda mill-wegħdiet ewlenin tal-Presidenza tagħna hija li aħna se nkunu qed ‘Inqegħduk fil-qalba tal-Ewropa’. Din hija wegħda lejn il-poplu Ewropew. Irridu naraw li l-Ewropa tisma’ iktar l-għajta taċ-ċittadin u t-tħassib tiegħu. Trid tegħleb l-isfidi li qed iwasslu biex ħafna ċittadini ma jridux jikkoperaw mal-proġett tal-Ewropa u minflok qed jersqu lejn ilpopoliżmu u nazzjonaliżmu. Malta ħasbet fuq sitt prijoritajiet matul il-Presidenza li kollha għandhom relevanza għall-gżejjer Maltin kif ukoll għal Ewropa kollha. “Dan huwa l-mument tagħna. Xi nazzjonijiet jistgħu jiġu skoraġġuti mill-prospett li jwasslu l-aġenda leġiżlattiva għal 28 Stat minħabba li qed jgħixu fi żmien ta’ inċertezza ekonomika u ġeopolitika estrema. Is-sitt prijoritajiet ta’ Malta huma, il-politika tal-ġirien (neighborhood policy), is-sigurtà, l-immigrazzjoni, is-settur marittimu, is-suq intern u l-inklużjoni soċjali. Malta se tara li tikkontribwixxi lejn ir-rivitalizzazzjoni tal-proġett Ewropew u unjoni li hija aktar relevanti. Dawn huma maħsuba biex jagħmlu l-ħajja tac-ċittadin aktar sigura u aħjar. Hemm ukoll it-tneħħija tat-tariffi tar-roaming madwar l-Ewropa kollha sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jibqgħu f’kuntatt meta jivvjaġġaw mingħajr ħlas żejjed. Malta se tkun qed torganizza wkoll Konferenza fuq Livell Ministerjali dwar kwistjonijiet LGBTIQ biex tkompli tesplora l-pjan direzzjonali tal-Kummissjoni f’dan il-qasam.” Hu fatt, iżda li ħafna drabi jitqajmu ħafna suġġetti li dwarhom
isiru sigħat sħaħ ta’ diskussjonijiet. Hu fattur reali wkoll li ħafna minn dawn jispiċċaw bħala ‘talking shop’ u ftit jew xejn jiġu attwati...
“Id-diskussjonijiet, eventwalment se jissarfu f’leġiżlazzjonijiet li huma ta’ ġid għal kull ċittadin Malti.” Bla dubju li l-akbar segretarjat u uffiċċju li kellu xogħol f’dawn l-aħħar xhur hu s-segretarjat tiegħek, kif qed tilqa’ għall-isfida? “Hija sfida b’ħafna xogħol u preparamenti. Sentejn u nofs ta’ ħidma li issa waslu biex jagħtu l-frott tagħhom. Kien hemm u għad hemm bżonn ta’ ħafna koordinament ma’ Ministeri oħra u organizazzjonijiet ta’ laqgħat kemm f’Malta u kif ukoll barra. Kienet neċessità li nżidu l-istaff għal żmien is-sitt xhur tal-Presidenza. Dan minħabba li se jiġu organizzati mal-205 laqgħat tekniċi u Malta ser tkun qed tospita ukoll mal-20,000 delegat u 1,500 ġurnalist. Mal-unit tal-Presidenza hemm 75 persuna, inkluż 3 Diretturi Eżekuttivi fuq Loġistika, Politika u Informazzjoni kif ukoll uffiċjali f’diversi setturi oħra fosthom it-taħrig u l-ipprogrammar, amministrazzjoni, akkreditazzjoni, akkomodazzjoni u servizzi oħra bhal interpreti, il-qasam tal-kultura, trasport u manutenzjoni ġenerali. Fi Brussell hemm madwar 100 uffiċjal jaħdem fuq diversi setturi u kumitati ta’ ħidma fi ħdan il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. L-impjegati kollha ingħataw it-taħrig kollu neċessarju f’diversi livelli biex ikunu jistgħu jwettqu xogħolhom bl-aħjar mod possibbli. Dawn ir-riżorsi umani kollha jfissru wkoll aktar infiq tal-gvern.
fil-fatt issemmiet is-somma ta’ €50m. Mhux ħafna dawn il-flus kollha?
“Rigward finanzi, il-Presidenza hija obbligu għal kull stat membru. Malta trid tagħmel l-istess. Kollox fih it-tajjeb u l-ħażin meta tkun pajjiż żgħir. Bħalma għandna d-dritt li nkunu fit-tmun bħal pajjiżi l-kbar, għandna l-obbligi finanzjarji bħal ħaddieħor ukoll."
Laqgħat, konferenzi u kapijiet ta’ stat iżuru Malta, imma x’se joffru liċ-ċittadin Malti?
“Il-poplu Malti se jkun qed jifhem aktar x’inhi l-ħidma talUE u kif taffettwah direttament matul is-6 xhur tal-Presidenza. Ekonomikament se tkun ta’ benefiċċju wkoll minħabba l-influss ta’ delegati li ġejjin iżuruna. Iridu nipprovdu akkomodazzjoni, ‘catering’, trasport eċċ, u dan se jwassal għal aktar dħul. Il-preżenza tal-Presidenza se tinħass fil-pajjiż permezz tal-influss tad-delegati li se jiġu Malta, bilkampanja ta’ informazzjoni madwar Malta u fuq il-midja li ninsab ċert li se jkunu qed jagħmlu xogħolhom f’dan ir-rigward. Il-programm hu impenjattiv ħafna. Hemm 220 laqgħa f’Malta u 1,600 fi Brussell. Fil-fatt, ħafna mill-ippjanar jibqa’ għaddej fi tmiem il-ġimgħa, u dan minħabba li normalment ser ikun hemm bejn żewġ jew tliet laqgħat kuljum. Eżempju f’ġurnata minnhom hemm seba’ laqgħat f’daqqa, allura l-koordinament u l-arranġamenti iridu jibqgħu għaddejjin il-ħin kollu. “Iżda dan għandu jkun ta’ sodisfazzjon għalihom. Huwa ta’ unur li taħdem fil-Presidenza. Mhix xi ħaġa li ssir kuljum u għal ħafna ser tkun okkażjoni ta’ darba. Minn din l-esperjenza titgħallem ħafna, u m’għandix dubju li ser tkun ta’ sodisfazzjon fl-aħħar, x’ħin tara li kollox ikun mar tajjeb minkejja li hija diffiċli u estensiva.”
B’liema mod se jitkejjel is-suċċess tal-Presidenza?
“Apparti l-aspett loġistiku, Malta trid tara li twettaq il-programm politiku li tkun ħejjiet. Il-Presidenza tkun suċċess skont kemm ikun hemm konklużjonijiet leġiżlattivi u dossiers. Fl-aħħar millaħħar, Malta se tkun qed tgħolli l-profil tagħha flEwropa.” ‘Sentejn u nofs ta’ ħidma li wasslu biex nibdew naqtgħu l-frott’