Tfajla tweġġgħa f’inċident tat-traffiku

Tilfet il-kontroll u kellha impatt ma’ ħajt fuq in-naħa l-oħra tat-triq

Tilfet il-kontroll u kellha impatt ma’ ħajt fuq in-naħa l-oħra tat-triq
Tilfet il-kontroll u kellha impatt ma’ ħajt fuq in-naħa l-oħra tat-triq

Tfajla ta’ 21 sena, residenti Ħ’Attard weġġgħet gravi wara inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq il-Mosta, Ħal-Lija, illum 23 ta’ Mejju, 2015 għall-ħabta tas-sitta neqsin għoxrin ta’ filgħodu (0540hrs).

Investigazzjonijiet prelimnari juru li t-tfajla kienet qiegħda ssuq il-vettura tagħha tat-tip Ford Ka fid-direzzjoni lejn il-Mosta meta għal xi raġuni tilfet il-kontroll u kellha impatt ma’ ħajt fuq in-naħa l-oħra tat-triq.

Il-Pulizija mid-Distrett ta’ Birkirkara marru fuq il-post sabiex jassistu u ħejjew rapport.

 

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka