Dalgħodu, fiż-żona ta’ Wied Bibli, fil-limiti tas-Siġġiewi, l-Awtorità tal-ippjanar (PA) ħadet azzjoni diretta f’żona agrikola.
Is-sbuħija taż-żona ta’ madwar 25,000 metru kwadru, kienet għal-numru ta’ snin mtappna b’ ammont sonstanzjali ta’ materjal li kien ntefa' hemhekk minn sid l-art. L-Awtorità tal-ippjanar kienet għal-numru ta' snin mexxiet proċeduri legali bl-għan finali, li jiġu t-tranġati dawn l-illegalitajiet iżda sfortunatament qatt ma mmaterjalizaw.
Minħabba dan il-fatt L-Awtorità tal-ippjanar sostniet li ma kienx fadal triq oħra għajr, li tittieħed azzjoni diretta fuq l-art.
Pero dan l-eżercissju certament ma kienx xi ħaġa ġdida għal-sid l-art, hekk kif lura f’Novembru tal-2016, l-istess direttorat tal-Infurzar kien mexxa azzjoni diretta simili biex jelimina l-illegalitajiet fuq is-sit. Jidher iżdda li sid l-art reġa beda jaħzen materjal fuq l-istess art u għalhekk l-Awrtorita reġat għamlet intervent.
Intant is-sid qiegħed jiġi mmultat 50 euro kuljum.