Surġent tweġġa' gravi waqt ċelebrazzjonijiet barra l-Junior College

Il-Pulizija marru fuq il-post wara li rċevew bosta rapporti ta’ storbju eċċessiv

Surġent tal-Pulizija ddaħħlet l-isptar bi ġrieħi gravi wara li sfat attakkatha waqt ċelebrazzjonijiet spontanji barra l-Junior College tal-Imsida.

Il-Pulizija marru fuq il-post wara li rċievew bosta rapporti ta’ storbju eċċessiv.

Kien għall-ħabta tas-1.45am meta l-Pulizija, kellmu ġuvni ta’ 18 il-sena min-Naxxar, li f'idu kellu 'flare'.

Kien hawnhekk li diversi żgħażagħ iċċirkondaw il-karozza tal-Pulizija u bdew isabbtu fuqha.

Surġent li kienet qed tipprova tikkalma s-sitwazzjoni sofriet grieħi gravi hekk kif xi żgħażagħ waddbu likwidi lejha filwaqt li mbuttawha mal-art.

Fuq il-post ġiet imsejħa ambulanza u s-surġent ittieħdet l-isptar Mater Dei fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn grieħi gravi.

L-elezzjonijiet tal-Kunsill tal-Istudenti tal-Junior College saru lbieraħ, bir-riżultati tħabbru tard filgħaxija, fejn Pulse rebħu l-Kunsill.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

 

More in Kronaka