Iffirmat ftehim settorjali bejn l-MUT u l-Ministeru tal-Edukazzjoni

Dan se jkun qed jaffettwa l-edukaturi fl-iskejjel tal-istat kollha fil-pajjiż u dawk li jaħdmu fl-iskejjel tal-Knisja

Wara proċess twil ta' konsultazzjoni, il-Malta Union of Teachers (MUT) qablet mal-Ministeru għall-Edukazzjoni u ġie ffirmat ftehim settorjali ġdid li se jkun effettiv bejn l-2018 u l-2022.

Dan se jaffettwa l-edukaturi fl-iskejjek tal-istat kollha fil-pajjiż, bl-aspetti finanzjarji affettwaw l-edukaturi li jaħdmu fl-iskejjel tal-Knisja wkoll.

Fi stqarrija, l-MUT qalet li l-ftehim se jkun qed jipprovdi viżjoni għall-iżvilupp tas-settur edukattiv għall-ħames snin li ġejjin, b'investiment fl-edukaturi sabiex ikunu jistgħu jipprovdu l-aħjar esperjenza edukattiva lill-istudenti.

Il-President tal-MUT, Marco Bonnici, sostna li "reċentement smajna tant dwar il-kriżi attwali għalhekk nisperaw li fis-snin li ġejjin se naraw sitwazzjoni aħjar fis-settur."

"It-titjib se jħeġġeġ liż-żgħażagħ jidħlu f'din il-professjoni" kompla jgħid il-Presdident tal-MUT.

More in Kronaka