Qorti | Fetaħ flixkun inbid u prova jmissilha sidirha

...sid ta' proprjetà jammetti akkużi illi ffastidja studenta Franċiża li kienet qed tikri l-proprjetà tiegħu

Il-Qorti tisma' raġel jammetti akkużi ta' fastidju sesswali
Il-Qorti tisma' raġel jammetti akkużi ta' fastidju sesswali

Raġel, sid ta' appartament li kien qed jikri lil tfajla Franċiża, spiċċa ħażin u quddiem il-Qorti wara li għamel avvanz fuq din l-inkwilin. 

Il-Qorti semgħet kif l-istudenta kellha dan il-mument skomdu meta s-sid kien qed jiġi l-appartament biex jagħmel xi xogħol fuq is-saqaf tal-kamra tas-sodda. Darba minnhom ir-raġel ħa flixkun inbid u offrilha. Fil-Qorti ntqal li r-raġel talab lit-tfajla biex tiżfen, qabel ma missilha sidirha u prova jbusha. F'dan il-punt it-tfajla telqet mill-appartament u marret ma' sħabha fl-għassa tal-Pulizija fejn għamlet rapport. 

Ir-raġel ta' 44 sena ammetta l-akkużi miġjuba kontrieh. 

L-Ispettur Mark Mercieca , li flimkien mal-Ispettur Bernardette Valletta, qed imexxi l-prosekuzzjoni qal illi "biex inkunu ġusti ma naħsibx li għandu jkun hemm kastig estravaganti."

L-Avukat Andy Ellul qal li l-akkużat kien "qed iġib ruħu b'mod akkoljenti u kien ikkomunika magħha permezz ta' messaġġi. Kienu qed jieħdu flixkun inbid f'atmosfera ta' pjaċir. Il-klijent tiegħi forsi kien miżgwidat u prova jkun intimu, il-mara ressqet lura u telqet mill-post."

L-avukat qal illi l-mara kienet tat l-impressjoni li riedet ikollha x'taqsam mal-klijent tiegħu, imma mbagħad "meta prova jbusha ħassitha offiża u telqet."

Il-Qorti qalet illi l-ħabs mhux il-post ideali fiċ-ċirkostanzi u tat sentenza lir-raġel ta' sentejn libertà kkundizzjonata bi twissija li jekk jerġa jinstab ħati ta' att kriminali ieħor f'dawn is-sentejn, jista' jeħel sa seba' snin priġunerija. 

Hu kien ordnat ukoll biex ma jikkuntattjax jew jiffastidja lit-tfajla. 

 

More in Kronaka