Żagħżugħ ta' 23 sena qed isofri minn ġrieħi gravi
Żagħżugħ qed isofri minn ġrieħi gravi wara argument li qam ilbieraħ filgħaxija bejn għadd ta’ persuni f’Ħal Tarxien.
Il-ġlieda seħħet fi Triq Bjaġju Galea, għall-ħabta tad-disgħa meta grupp ta’ Sirjani qabdu jagħtu b’armi tal-ħadid, injam u anke skieken.
Dawn is-Sirjani, għandom bejn il-21 u 32 sena.
Waqt l-argument weġġa’ ż-żagħżugħ ta’ 23 sena li ttieħdet immedjatament Mater Dei.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejja.