L-identità tal-persuna għadha mhux magħrufa
Dalgħodu ttella’ kadavru ta’ mara mill-baħar fil-Bajja tal-Balluta.
Kien għall-ħabta tas-7:10am meta l-Pulizija ġiet infurmata li kienet intlemħet persuna mejta f’wiċċ il-baħar.
Il-ġisem tal-mara ttella’ minn tim mediku bl-għajnuna tal-Pulizija.
Awtopsja fuq il-kadavru mistennija titfa’ aktar dawl fuq il-każ.
L-identità tal-persuna għadha mhux magħrufa.