Raġel ta’ 35 sena minn San Ġwann qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’argument viċin il-Kappella tas-Silġ f’Marsaxlokk.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-11:20pm meta l-Pulizija ġiet infurmata li hemm raħel mal-art u bid-demm viċin il-kappella.
Jidher li r-raġel kien qiegħed hemm ma’ persuna oħra u qam argument bejniethom. Ir-raġel qala’ daqqiet ta’ xafra li kkaġunatlu ferita f’wiċċu.
L-aggressur seraqlu wkoll il-basket u ħarab.
Intant, il-Pulizija bdiet it-tfittxija għall-persuna l-oħra u ftit wara arrestat Libjan ta’ 30 sena u li jgħix Ħal Tarxien.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.