Mara ta’ 77 sena, residenti Ħaż-Żebbuġ mietet it-Tlieta waranofsinhar, wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Ħal Qormi.
Il-pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-1:45pm, fi triq l-Isqof Scicluna, biswit ħanut tal-ħobż.
Minn investigazzjonijiet preliminarji l-pulizija qalet li l-anzjana ttajret minn vann Isuzu misjuq minn raġel ta’ 34 sena mill-Birgu.
Investigazzjonijiet tal-pulizija fuq il-każ għadhom għaddejjin filwaqt li l-maġistrat Joe Mifsud nieda inkjesta maġisterjal.
Dan huwa it-tieni aċċident fatali fit-toroq Maltin illum, bl-ewwel wieħed iħalli vittma raġel ta’ 40 sena fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ.