UCIM Co Ltd, importaturi u rappreżentanti uffiċjali ta’ Fiat f’Malta jilqgħu l-mudell ġdid u esklussiv tal-Fiat 500 Cult li issa jinsab ġewwa x-showroom ta’ Fiat fi Triq Psaila f’Birkirkara.
Imnedija aktar kmieni din is-sena waqt il-Motor Show ta’ Ġinevra, il-Fiat 500 Cult qed tintroduċi serje ta’ karatteristiċi ġodda u importanti f’dak li għandu x’jaqsam ma’ stil u teknoloġija. Dawn jinkludu tliet kuluri ġodda - aħdar lattementa, abjad fi tliet saffi u Italia Blue, tliet settijiet ġodda ta’ 16” alloy wheels u tappezzerija u aċċessorji rinovati tal-ġilda f’kumbinazzjonijiet differenti.
Il-Fiat 500 hija ikona u tirrappreżenta l-eċċellenza Taljana fil-qasam tal-manifattura, magħrufa mad-dinja kollha għall-istil pur Taljan, għall-innovazzjoni kontinwa, ir-rispett lejn l-ambjent u l-livell għoli ta’ kwalità. Tant hu hekk li dan il-mudell tal-Fiat 500 kien l-iżjed mudell li nbiegħ barra mill-Italja: ’il fuq minn 1,200,000 unit mibjugħ mill-2007 sal-lum, 75% minnhom, barra mill-pajjiż.
Il-Fiat 500 Cult hija l-ogħla verżjoni għall-kollezzjonist, mudell li jinkludi l-aktar żviluppi riċenti għal din is-sena. Hija verżjoni li toffri livell esklussiv ta’ stil u kontenut teknoloġiku fosthom car radio/CD bl-MP3 player, 4 speakers u 2 tweeters, sistema Blue&Me hands-free bit-teknoloġija Bluetooth, voice recognition u digital audio file player bil-USB port, steering wheel tal-ġilda bil-kontrolli manwali, tappezzerija kollha kemm hi tal-ġilda, 7” TFT display b’rev counter, climate control awtomatiku u 16” alloy wheels bħala standard u prestazzjoni mill-aqwa kif jistennew dawk kollha li jsuqu l-Fiat 500.
Fost il-features il-ġodda li jiġu mal-verżjoni Cult, wieħed isib dettalji fil-chrome, chrome side window contours u exhaust pipes tal-chrome, electric adjustable black finish wing mirrors u saqaf u spoiler suwed, defrosting function u sensor għat-temperatura fuq barra, Fiat CODE (electronic antitheft), twieqi thermal bil-ħġieġ skur, dual drive power steering, saqaf panoramiku (għall-verżjoni Hatchback), power windows, trip computer u parking sensors fost l-oħrajn.
Il-Fiat 500 Cult hija mgħammra wkoll b’ħafna safety features li jinkludu ABS + EBD (Electronic Brake Distribution), BAS (Brake Assistance System – Emergency Braking), dual stage driver u passenger airbags, side bags, windows bag u knee bag, Fire Prevention System (FPS), adjustable headlamps, front seatbelts bil-pretensioner, load limiter u buckle sensor fuq quddiem.
Il-Fiat 500 Cult tiġi b’magna 1.2 jew magna TwinAir petrol.