Din it-tijira se ssir b`ajruplan li diġa huwa bażat f`Malta u li diġa qed jaghmel xi flights charter fl-Italja. L-uffiċju tal-kumpanija jinsab fi Skyparks fl-ajruport ta' Malta.
Il-kumpanija hi ta investituri Sqallin li iżda ppreferew jibbażaw l`airline tagħhom f`Malta. Din it-titjira ġdida tfisser li wieħed jkun jista` jmur Comiso fil-għodu kmieni u jirritorna fl-istess jum fil-għaxija.
Comiso huwa ex ajruport militari fi Sqallija li qed jespandi ħafna, speċjalement minn airlines low cost. Imma anki airlines bħal Alitalia qed joperaw minn hemm. Għall-Maltin din ir-rotta hi attraenti minħabba li Comiso hi fil-qalba ta` ħafna bliet storiċi Sqallin bħal Ragusa, Sirakuża, Agrigento , Catania , Modica,Noto Caltagirone, Piazza Armerina, Marina di Ragusa, Scicli u Licata.. Barra minn hekk hu magħruf li numru sew ta` Maltin illum ghandhom proprjeta` f`dawk l-inħawi
Dawk il-passiġieri li jkunu jridu jmorru Turin ikollhom waqfa ċkejkna f'Comiso, jibqgħu fuq l-ajruplan u jitilqu lejn Turin. It-tluq mill-ajruport ta' Ħal-Luqa jkun fis-7 a.m. u jasal Comiso fis-7.30 a.m. u Turin jasal fit-8.30 a.m.. It-tluq minn Turin ikun fis-7 p.m., jasal Comiso fid-9 p.m. u Malta fl-10 p.m.
Dawn it-titjiriet se jkunu kuljum barra is-Sibtijiet. Wieħed jista jibbukkja online www.flyhermes.com