Linja tal-ajru oħra għal Sqallija

MaltaFly se ttir għal Palermo kuljum

Wara li l-ġimgħa l-oħra tħabbar li minn nofs Diċembru se jibdew titjiriet għal Comiso mill-kumpanija FlyHermes, issa hemm linja tal-ajru li se tmur għal sqallija kulljum, din id-darba għal Palermo u li t-titjiriet se jibdew minn Nhar il-Ġimgħa 5 ta' Diċembru.

Il-prezzijiet se jkunu minn madwar 79 ewro (kollox inkluż). Il-passiġġieri jistgħu jġorru 15-il kilo baggage allowance u 5 kilogrammi 'hand luggage' u t-titjira tieħu siegħa. Dan għandu jgħin biex aktar Sqallin minn dawk in-naħat jiġu Malta u viċi versa.

It-tluq minn Malta hu fil-10.45 a.m. u minn Palermo jitlaq fid-9 a.m. u jasal Malta fl-10 a.m. fejn wieħed jista' jidħol www.maltafly.it

More in Kummer?jali