Żewġ ristoranti fit-Tramuntana tal-Ġappun, f'Sapporo, il-kapitali ta' Hokkaido hemm żewġ ristoranti li qed ibiegħu l-birra Maltija, Cisk Export. Wieħed mir-ristoranti hu ta' ikel Spanjol li jismu Chavda u l-ieħor bi kċina Brażiljana Churrasco. Dawn ir-ristoranti huma mmexxija minn Malti, Damian Busuttil u kien hu li ħajjar lill-proprjetarju biex iġib il-birra Maltija minn Tokjo. Sapporo hi msemmija għall-aqwa birra tal-Ġappun iżda meta kellimna lil Damian Busuttil qalilna li l-birra Maltija qed tintgħoġob ħafna u tintalab ħafna mill-klijenti.