Il-klijenti ta’ GO mobile internet jirċievu d-doppju tad-data

GO ser tkun qed tirdoppja d-data fuq il-bundles kollha ta’ Pay As You GO sas-16 ta’ Awwissu 2015

Il-klijenti li jixtru wieħed minn dawn il-bundles ser ikollhom aċċess għan-netwerk ta’ veloċità qawwija ta’ 42 Mbps. GO ser tkun qed tniedi għadd ta’ data bundles ġodda għall-mowbajls fosthom pakketti ta’ 500MB għal €5, 1GB għal €8 u 6GB għal €20. Il-bundles kollha ser jibbenefikaw mill-promozzjoni tal-irduppjar tad-data.

Biex japplikaw, il-klijenti jridu jibagħtu SMS bl-ammont ta’ data li jixtiequ jixtru: 500MB, 1GB jew 6GB fuq in-numru 16410. Wara jirċievu notifikazzjoni li kisbu d-doppju ta’ kemm xtraw, jiġifieri 1GB, 2GB jew 12GB ta’ data rispettivament. Dawn il-pakketti jibqgħu validi sa 4 ġimgħat. 

Daniela Bagnaschi, Senior Manager – Marketing ma’ GO, qalet, “Is-sajf wasal magħna. Għal ħafna nies dan ifisser li jqattgħu aktar ħin barra u jissoċjalizzaw. B’hekk ikollhom bżonn ta’ aktar internet tal-mowbajl biex jibqgħu f’kuntatt. Bl-offerta tagħna ta’ double data, il-klijenti li jużaw il-bundle ta’ GO mobile internet jafu li dan is-sajf jistgħu jorganizzaw ħajjithom mingħajr ma jinkwetaw li se jeħlu aktar spejjeż.”

Għal aktar tagħrif dwar il-pakketti ta’ GO mobile internet wieħed jista’ jżur is-sit: https://www.go.com.mt/personal/mobile/mobile-internet/on-my-smartphone. Termini u kundizzjonijiet japplikaw.

More in Kummer?jali