Episodju numru Sitta tal-programm Mill-Kamra - li qed jidher fuq TVM News+ kull nhar ta' Ħamis fis-6:30 p.m - jagħti ħarsa lejn 100 sena tal-Parlament u dak li ntqal f'sessjoni Plenarja apposta li matulha tkellmu l-eks Speaker Miriam Spiteri Debono, id-Deputat PM Chris Fearne u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.
Imbagħad l-programm jintervista lill-Ministru Owen Bonnici u d-Deputat Claudette Buttigieg, dwar inċidenti ta' razzizżmu u kliem ta' mibgħeda u dak li huma jaħsbu dwar kif l-aħjar dawn jiġu miġġielda.
Mill-Kamra jagħti ħarsa wkoll lejn il-laqgħa storbjuża tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi li ddiskutiet il-proġett tal-Electrogas blpeks MInistru Konrad Mizzi jagħti rendikont ta' dan il-proġett.
Albert Gauci Cunningham, 38 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta ILLUM u tas-sit illum....