Is-settur tal-Enerġija qatt ma kien nieqes mill-kontroversja, kemm jekk hija l-kwistjoni tal-BWSC u l-qalba għall-Heavy Fuel Oil u x-xiri taż-żejt fi żmien Gvern Nazzjonalista u l-proġett tal-Power Station li qed titmexxa mill-Electrogas taħt il-Gvern preżenti. Naturalment l-Enerġija tfisser il-kontijiet tad-dawl u l-ilma li aħna lkoll inħallsu u li mill-ġdid huma sors ta' ħafna kontroversja, kemm minħabba ż-żieda fil-prezzijiet taħt Gvern Nazzjonalista u anke minħabba kontijiet maħdumin ħażin li wassal għal xi kontijiet ogħla taħt il-Gvern preżenti.
It-13-il episodju tal-programm Mill-Kamra iltaqa' mal-Ministru tal-Enerġija, Intrapriża u Żvilupp Sostenibbli Miriam Dalli kif ukoll d-Deputat Nazzjonalista u Kelliem għas-Settur tal-Enerġija Ryan Callus.
Fit-tieni parti tal-programm Mill-Kamra jistaqsi dwar Kumitat Parlamentari ieħor: Il-Kumitat dwar il-Kontijiet tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika.
Mill-Kamra jixxandar kull nhar ta' Ħamis fis-6:30 p.m fuq TVMNews+.
Albert Gauci Cunningham, 38 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta ILLUM u tas-sit illum....