Il-massage parlours, huma kwistjoni li qamet diversi drabi u li dwarhom saru diversi rapporti - mhux l-inqas fuq il-gazzetta ILLUM snin ilu u riċentement sar studju akkademiku li juri illi dawn il-ħaddiema qed ikollhom il-moviment ristrett, li qed ikunu esposti għall-mard u l-abbuż u li ġieli saħansitra jitteħdulhom id-dokumenti li permezz tagħhom jivvjaġġaw, bħal passaport.
Id-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ tkellmet dwar dan ir-rapport fil-Parlament u sostniet li hemm bżonn illi dan is-settur ikun regolat. Il-programm Mill-Kamra, fit-30 Episodju tiegħu, iltaqa' ma' Attard Previ u tkellem magħha dwar dan is-suġġett.
Intant fl-ewwwel parti nistaqsu lill-Ministru Jonathan Attard dwar il-Liġi tal-Femiċidju li għaddiet mill-Parlament fl-ewwel parti ta' din il-leġiżlatura.
Albert Gauci Cunningham, 38 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta ILLUM u tas-sit illum....