Waqt żjara fl-Ambaxxata ta’ Malta fi Brussell, il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca kellha laqgħa mal-Maltin li jgħixu fil-Belġju.
Matul din il-laqgħa, il-President ta’ Malta kienet akkumpanjata mir-raġel tagħha, is-Sur Edgar Preca, mill-Ambaxxatur Malti għal Belġju Ray Azzopardi, u mir-Rappreżentant Permanenti ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, l-Ambaxxatriċi Marlene Bonnici.
Matul din il-laqgħa, il-President tkellmet dwar ir-responsabbiltà li għandhom dawk li jgħixu ‘il-bogħod minn xtutna, kemm fil-Belġju u kif ukoll fil-pajjiżi kollha tad-dinja.
Il-President għamlet appell lill-kommunità Maltija, fejn stidnithom biex huma wkoll ikunu parteċipi fil-ġbir ta fondi ghall-Malta Community Chest Fund. Hi spjegat kif hemm bżonn ammont sostanzjali ta’ fondi, biex tkun tista tintlaħaq id-domanda għall-għajnuna, li kulma jmur qiegħda tikber.
Sadattant il-membru Parlamentari Ewropeja, marlene Mizzi ħassitha ddispjaċuta li l-President ta' Malta marret żżur lill-kommunita Maltija fil-belġju fil-ġimgħa li l-membri ewropej jkunu pajjiżhom u mhux fi Brussell. Marlene Mizzi fis-sit soċjali, Facebook kitbet b'ittri kbar BUT NOT WITH THE MEPs fejn ikkritikat lil min ippjanalha din iż-żjara li jmissu ħaseb biex is-sitt membri parlamentari Ewropej jkunu preżenti għaż-żjara tal-president tagħhom.
Marlene Mizzi fil-fatt kitbet hekk fil-facebook tagħha
...BUT NOT WITH THE MEPs
It would have been very nice if such events are NOT held in the European Parliament's 'green week" ie constituency week, where all MEPs are back home for the week and not in Brussels.
The EP schedule is out very early ( all 2015 weeks have been scheduled since June 2014 ) - so whoever planned these events involving our President could have checked.
The 6 MEPs too are an important part of the Maltese Brussels community...or not?