Kwistjoni fil-Parlament dwar is-safar tal-ministri

Anton Refalo wieġeb lil Claudette Buttigieg li hu se jagħmel bħalma kienu jagħmlu n-Nazzjonalisti fid-9 leġislatura..jiġifieri l-informazzjoni ma jagħtihiex

Ministru għal Għawdex Anton Refalo ma riedx iwieġeb il-mistoqsija ta' Claudette Pace biex jagħmel bħal żmien Fenech Adami
Ministru għal Għawdex Anton Refalo ma riedx iwieġeb il-mistoqsija ta' Claudette Pace biex jagħmel bħal żmien Fenech Adami

Mistoqsija minn Claudette Buttigieg lil sitt ministri dwar l-infieq fis-safar tagħhom minn meta saru ministri ġew imwieġba billi rreferewha għall-istess tweġibiet tad-9 -leġislatura meta kien hemm in-nazzjonalisti fil-gvern. Staqsiethom liema konferenzi attendew u kemm damu.

Il-mistoqsijiet saru lil Ministru t'Għawdex, Anton Refalo, lil ministru tal-edukazzjoni Evarist Bartolo, il-ministru tal-finanzi Edward Scicluna, tal-enerġija u saħħa, Konrad Mizzi, tas-solidarjeta soċjali Michael Farrugia, tal-libertajiet ċivili Helena Dalli u tal-Ekonomija Chris Cardona.

Kien biss Refalo li tkellem ċar u tond għaliex weġbuha kif weġbuha ,"ħalli nimxi mal-prattika tal-parlament tal-amministrazzjoni ta' qabel meta kienu jitolbu għal-liema raġuni staqsejna l-mistoqsija, jien ma jien nara l-ebda raġuni valida għaliex għandi niġbor din l-informazzjoni."

Hu kompla billi rrefera mistoqsija parlamentari fis-6 ta' Ġunju 2001, li kienet imwiġeba minn dak iż-żmien prim ministru Eddie Fenech Adami. Il-ministri l-oħra rreferew lil Buttigieg għal tmien mistoqsijiet li kienu saru fil-parlament fil-leġsilatura li għaddiet u tkun taf it-tweġiba li ngħataw.

Chris Said qam u qal li qabel mistoqsijiet bħal dawn kienu jiġu mwieġba tant li l-gazetti kienu jimlew paġni sħaħ dwar l-infieq tal-ministri ta' dak iż-żmien. Ripetutament Anton Refalo qal li aktar informazzjoni trid tintalab bil-miktub, Evarist Bartolo qam u qabel li din l-informazzjoni gġħandha tingħata. "Hu vera li kien hemm amministrazzjoni Nazzjonalista li ma kinitx tgħaddi din l-informazzjoni, iżda l-amministrazzjoni ta' wara kienet tgħaddihom. Aħna rridu nimxu mal-eżempju t-tajjeb u mhux nikkupjaw il-ħażin."

Evarist Bartolo kompla jgħid li hu siefer 16-il darba u f'seduta oħra se jipprovdi l-informazzjoni kollha mitluba filwaqt li skuża ruħu għax ma kienx jaf bir-risposta li tawh.

 

More in Politika