Il-Ħabs li welled l-ISIS
Camp Bucca kien il-ħabs Amerikan fl-Iraq li spiċċa bħala l-universita tat-Terroristi - 9 mill-ogħla kmandanti tagħhom kienu f'dan il-ħabs
More in Politika
Camp Bucca kien il-ħabs Amerikan fl-Iraq li spiċċa bħala l-universita tat-Terroristi - 9 mill-ogħla kmandanti tagħhom kienu f'dan il-ħabs
Disa membri tal-istat Iżlamiku kienu maqfula f'dan il-ħabs Amerikan, Camp Bucca.
F'Marzu tal-2009 il-ħabs li kien qafel l-agħar jihadisti radikali matul il-'border' tal-Kuwajt, ħeles mijiet ta' priġunieri. Kienu l-ħafna familji li ferħu li reġgħu ngħaqdu mal-maħbubin tagħhom. Iżda kien żball kbir għax dawk li ġew meħlusa kienu se jirritornaw jiġġieldu kontra l-Amerikani stess.
F'Camp Bucca għaddew minnu 100,000 priġunier u hemmhekk kien it-twelid tal-istat Iżlamiku. Ħafna mill-leaders tagħhom, li jinkludi Abu Bakr al Baghdadi kienu maqfula hemm ġew u jista' jkun li dawn il-leaders ltaqgħu hemm ġew. Skont analisti u suldati li kienu jaħdmu f'dan il-ħabs qalu li kien set għall-priġunieri li jiffurmaw kollaborazzjoni radikali u li ffurmaw l-akbar forza jihadista sal-lum.
Baghdadi innifsu kien inżamm hemm ġew għal ħames snin, it-tieni leader tal-ISIS Abu Muslim al-Turkmani, u anke l-leader militari veteran Haji Bakr (illum maqtul) u l-leader tal-ġellieda barranin kollha kienu miżmuma f'dan il-ħabs. Anke jekk dawn diġa kienu estremisti qabel iddaħħlu hemm ġew, fiż-żmien li kienu maqfula flimkien komplew jaħdmu flimkien u joħolqu l-idejat li skont l-analisti kien il-bidu tal-ISIS.
Iż-żmien li għamlu flimkien f'dan il-ħabs għenhom biex saħħew l-estremiżmu tagħhom u hawnhekk tahom l-opportunita li jiżviluppaw il-mibgħedha tagħhom lejn l-Amerikani. Ħabsijiet bħal dawn saru litteralment universitajiet tat-terroriżmu: l-aktar radikali kienu l-professuri, u l-priġunieri l-oħra kienu l-istudenti tagħhom u l-awtoritajiet tal-ħabs kienu għassha li ma jaħarbux iżda xejn każ x'kien qed verament jiġri.
Il-kmandant ta' dan il-ħabs james Skylar Gerrond kiteb f'Lulju li għaddha fuq Twiiter, "Ħafna minna f'Camp Bucca konna nkwetati li flok qed inżommu ħabsin konna qed nikkrejaw 'pressure cooker' ta' estremiżmu. Gerrond kien il-kmandant ta' dan il-ħabs bejn l-2006 u l-2007 meta dan il-ħabs kien invażat b'għexieren ta' eluf ta' priġunieri, li kien jinkludi lil Baghdadi. ħafna minnhom kienu ħatja li attakkaw suldati Amerikani, iżda kien hemm oħrajn li kienu innoċenti għax li wieħed kien jarahom bħala perikolużi mill-ħarsa kien biżżejjed biex jiġu arrestati. Dawn il-priġunieri kienu jingħalqu f'dan il-ħabs mingħajr ma jgħaddu ġuri u meta jinħelsu kien ikollhom rabja kbira għall-Amerikani.
Meta fl-2007 f'dan il-kamp kien hemm 27,000 priġunier kien jinħass li kien qed jirrenja estremiżmu kbir. Kien hawn ġew stess li priġunieri li ma kinux jimxu skont il-liġi Iżlamika kienu jiġu feruti jew maqtula minn sħabhom stess.
Iżda l-akbar problema kienet li dan il-ħabs irnexxielu jgħaqqad flimkien lis-sekulrai Iraqqini ta' Saddam Hussein mal-fundementalisti Iżlamiċi.
Fejn l-Iżlamiċi sabu lin-nies ta' saddam kellhom teknika superjuri ta' ġlied u dixxiplina militari u fil-jihadisti n-nies ta' Saddam sabu l-idejal.
Meta dawn il-priġunieri inħelsu fl-2009 u rritonaw Baghdad kienu jitkellmu fuq żewġ affarijiet biss: il-konverżjoni lejn l-Iżlam radikali u l-vendetta.