"Jew tirritornaw il-proprjetajiet lura jew Qorti" - Busuttil

Il-kap tal-Oppożizzjoni mhux se jċedi għal proprjetà li l-Partit Laburista 'seraq' jekk ma jirritornahiex lura

Simon Busuttil mhux se  jċedi qabel il-labour jagħtu lura dak li 'serqu'
Simon Busuttil mhux se jċedi qabel il-labour jagħtu lura dak li 'serqu'

Simon Busuttil irid li Muscat jammetti li qed igawdi miljuni ta' ewro minn proprjetà li ġiet meħudha mill-Istat u qed igawdiha l-Partit Laburista. Dan qalu waqt li kien qed jiġi intervistat minn Andrew Azzopardi fuq Radju Malta. Busuttil kompla jgħid li l-PN lest li jieħu l-każ il-qorti u jisfida il-finanzjament diskriminatorju tal-partit Laburista.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni fil-fatt tkellem xi ftit differenti minn dak li qal is-segretarju Ġenerali meta qal li tal-inqas il-partit Nazzjonalista għandu jiġi rikompensat bl-istess introjtu tal-partit Laburista. "Le irrid li l-Prim Ministru jammetti li hu għandu miljuni misruqa minn proprjetà privata. Kull partit għandu jiddikjara l-valur tal-proprjetà u jkollu l-istess kulħadd. Bħalissa li rridu hu li l-Labour jirritorna dawn il-proprjetajiet lis-sidien tagħhom, inkella jiffaċċja l-qorti għax din is-sitwazzjoni diskriminatorja toħloq problemi kbar fid-demokrazija."

Busuttil qal li l-Labour għandu 28 proprjetà li sitta minnhom huma meħuda minn familji privati u mhux qed iħallihom igawduhom.

 

More in Politika