Il-Gvern se jinforza l-impjieg ta’ persuni b’diżabbiltà

Mistennija miżuri fil-baġit ta’ inċentiv għall-kumpaniji

Għalkemm il-liġijiet ta’ pajjiżna ilhom sa mill-1967 jeżiġu li kumpaniji li jħaddmu aktar minn 20 ruħ iħaddmu magħhom 2% nies b’diżabbiltà, tul is-snin din il-liġi ftit li xejn kienet implimentata jew infurzata biex toffri mpjiegi lil persuni b’diżabbiltà.

Il-gvern hu mistenni li bħala miżura biex jgħin fl-integrazzjoni sħiħa ta’ persuni b’diżabbiltà fid-dinja tax-xogħol, se joffri inċentivi speċjali lil min iħaddem li fost oħrajn jinkludu eżenzjoni mill-ħlas tal-bolla kif ukoll kreditu ta’ taxxa għal kul impjieg diżabbli.  

Din il-miżura se tkun għalhekk qed toħloq opportunitajiet ta’ impjiegi lil dawk in-nies li dejjem jinqabżu minħabba d-diżabbiltà tagħhom. Hu mistenni wkoll li l-gvern, apparti li se jkun qed joffri dawn l-inċentivi, se jkun qed jinforza din il-liġi billi min ma jkunx konformi se jintalab iħallas kontribuzzjoni li tammonta għal €2,400 għal kull persuna li suppost iħaddem liema kontribuzzjoni se tmur f’fond speċjali li se jintuża favur l-integrazzjoni ta’ aktar persuni b’diżabbiltà fid-dinja tax-xogħol.

More in Politika