Wara li kien ikkritikat dwar il-kriżi tal-Ukrajna u wara laqgħa ta' 50 minuita ma' David cameron fil-konferenza tal-mexxejja dinjija fl-Awstralja, Putin qal li għandu bżonn li jorqod 5 sigħat qabel jerġa jibda x-xogħol. U telaq lejn Moska bil-jet eżatt wara. Biex b'hekk telaq qabel it-tmiem uffiċċjali tas-summit tal-G20.
Kienu ħafna mexxejja li tawh il-ġenb u l-Prim Ministru Kanadiż anke qallu f'wiċċu, "itlaq mill-Ukrajna". Madankollu Putin qal li s-summit kien ta' ġid u sar f'atmosfera kostruttiva.
Hu anke qal li seta jkun hemm riżultati pożittivi għal kriżi tal-Ukrajna, fejn il-gvern ta' Kiev qed jiġġieled kontra separatisti favur ir-Russja, fejn ħafna qed jgħidu li suldati Russi qed ikunu nvoluti f'din il-ġlieda.