Kienet ġimgħa kkulurita fejn rajna lingwaġġ imżewwaq u wħud iddeskrivewha bħala ġimgħa ta’ laxkezza fl-ilsna tal-politiċi tagħna. Hija tassew laxkezza jew inkella qed inkunu dojoq u ma naċċettawx ċertu lingwaġġ?
Nhar it-Tnejn li għadda fil-programm ta’ kull ġimgħa, Reporter, li jixxandar fuq TVM fl-21.55, kien hemm dibattitu jaħraq bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil.
Muscat – “Jimporta?” u waqt li indirizza lil Busuttil kompla “fi żmien il-Gvern tiegħek inqatlet persuna”
Busuttil – “Jien ma kontx parti mill-Gvern”
Muscat – “M’intiex żigg parti mill-gvern, u mur ’l hemm”
Iżda dan mhux kollox araw iżjed fil-ħarġa tal-ILLUM