Xogħolna hu li nikxfu dak li l-gvern irid jaħbi - Busuttil
Muscat iwissi li se jpoġġi għat-test ta' akkontabilita lill-Oppożizzjoni minn Jannar xahar wara xahar
minn John Busuttil
Simon Busuttil qal li ma kienx għall-Oppożizzjoni l-verità ma kinitx toħroġ. Akkuża lil Prim Ministru għar-rabja fid-diskors tiegħu f'attak fil-konfront tiegħu. Tkellem dwar it-theddid li minn Jannar se jdurhom wieħed wieħed u Busuttil qal li la hu u lanqas l-oppożizzjoni ma tibża mit-theddid. Il-kap tal-oppożizzjoni għamel tliet punti:
Li ġara kien il-kultura li ġab il-prim ministru li xejn mhu xejn u jekk tkun parti minnu tista tagħmel li trid. Qal li Mjuscat wiegħed kollox lil kulħadd u għamel kompromessi ma nies li qatt ma kellu jagħmel kompromessi magħhom, bħal meta Cyrus Engerer weħel ħabs u l-Prim Ministru jgħannqu u jsejjaħlu suldat tal-azzar. Reġa semma l-każi ta' Helena Dalli u Luciano Busuttil li ħalla kollox għaddej u allura l-poplu jgħid la jagħmlu dawk li jridu ma nagħmlux aħna? Semma li mexa differenti mal-ispeaker Anġlu Farrugia u tajru. Akkuża lil Prim Ministru li jaħbi l-verita. Tkellem dwar ir-recordings li kif kienu f'idejhom ħarġuhom kollha. U akkuża lil prim ministru li hu kien jaf bihom u ma ħariġhomx għal tliet ġimgħat sħaħ (Il-Prim Ministru kien irritorna fil-kamra). Qal li l-inkjesta ma serrħitx ras in-nies għax il-verita ma ħarġitx kollha għax skont Busuttil ma jafx ir-rwol tal-Prim Ministru u ta' Keith Schembri u staqsa għaliex l-inkjesta ma bagħtitx għalihom. Qal li kulħadd kien jaf li m'humiex warning shots u l-Prim Ministru biss ma jafx u mar jorqod. "Qed tilgħabha tal-iblaħ biex ma tħallasx dwana hekk jgħid il-qawl malti."
Busuttil qal li Muscat ma riedx ineħħih lil Mallia u raha kif se jdur mal-lewża biex jaħrab mir-responsabilita politika iżda qallu li l-poplu malti induna dan. Kompla jgħid li la Manwel mallia tneħħa għax kien jaf li kien hemm żball fli stqarrija u min kitibha, Kurt Farrugia tħalla hemm. Qallu li wara li kaxkar saqajh għal 3 ġimgħat issa qed jgħid li daħħal kultura ta' akkontabilita meta għamel dak li ma riedx jagħmel. Qallu li hu refa' r-responsabilita politika billi qal il-verita u kixiflu l-verita. Akkużah li Muscat tajjeb biss li meta jkun dahru mal-ħajt jaf biss jitfa t-tajn. "u d-deputati tiegħek qed jgħidu li dan hu t-tmiem tal-moviment laburista. Il-kredibilita tiegħek ħadet tisbita mill-mod ta' kif ġibt ruħek."
Wieġeb lil Evarist Bartolo dwar id-difetti li l-PN ħallas il-prezz politiku ta' dak li għamel. Akkuża lil Prim Ministru li kien qed jinterrompih għax il-verita ma tgħoġbux. "Irrid nibni l-partit nazzjonalista mill-ġdid billi nibni fuq il-verita. U xogħlna hu li nikxfu dak li l-gvern irid jaħbi."
Il-Ministru ġdid għall-intern Carmelo Abela beda biex irringrazzja lil ray Zammit u l-ex Ministru Manwel Mallia tal-ħidma li wettaq. Qal li ried ikompli fuq it-tajjeb li sar, jirranġa dak li forsi ma sarx tajjeb u jibni mill-ġdid. Qal li f'dan il-qasam m'gġħandux ikun hemm partiġġjaniżmu u talab lill-oppożizzjoni biex jaħdmu id f'id. Qal li se jinvesti fl-onesta u jagġti dinjita lil korp tal-pulizija u se jħalli lill-kummissarju jaħdem f'serenita u jkollu korp imħarreġ u ristrutturat. Qal li l-fiduċja fil-korp ilha tintilef u jrid jerġa jrawwem fiduċja fil-korp. L-ewwel appuntament li għamel bħala ministru mar iżur id-depot u jiltaqa mal-pulizija u l-uffiċċjali kollha u qed jassigurahom li hu se jkun magħhom, jaħdem magħhom u mhux biex jużahom.
Aktar qabel
Mario Demarco qal li l-gvern illum qed jibgħat messaġġ li jew magħna inkella m'intix magħna. Semma strateġija li dan il-gvern mela kullimkien fiċ-ċivil bil-'yes men' u neħħa nies kompetenti biex idaħħal nies tal-qalba. U din l-istrateġija kellha ħafna effetti negattivi. U b'hekk daħlet mentalita li jekk int ta' ġewwa protett. Jekk ta' ġewwa tħoss li għandek liċenzja li tikser ir-regoli u l-liġijiet. U din ġiet minn fuq nett. Dawn l-eċċessi li taw messaġġ hemm barra li kollox jgħaddi u dawn l-messaġġi qed inaqqsu l-fiduċja tal-poplu fil-klassi politika. Neħħa l-brejkijiet u meta ġie bżonnhom ma sabhomx. Semma li l-aġent Kummissarju kien moħħu biex jintgħoġob u mhux biex jaqdi dmiru. L-uniku dmir tal-gvern kien li jgħid li qed tinvestiga u mhux jindaħal u jħalli lil pulizija tagħmel dmirha. Qal li qed tirritorna l-biża fejn kulħadd jgħid lil ministri dak li jridu jisimgħu. Appella lil gvern li l-pulizija u l-armata ma jibqgħux taħt l-istess ministeru. Qal li l-gvern jmissu jistħi fhiex ġab lil korp tal-pulizija. Qal li l-ħtija mhux biss tal-korp iżda tal-politiku għax indaħal fil-ħidma ta' kuljum fil-korp tal-pulizija. Qal li għandu fiduċja f'Carmelo Abela jekk iħalluh jagħmel dan u li l-kummissarju jitħalla jagħmel xogħlu u jressaq lil min hemm bżonn jitressaq u mhux lil min jħalluh itella. Fl-aħħar indirizza lil prim ministru li qal li ma kienx fil-kamra jiddiskuti li ried ifakkar lil prim ministru li hu kien qal li hu gvern li jisma u li l-poplu qed jistenna aħjar mill-gvern għax dan il-gvern stennih li jgħaqqad u mhux jifred u jimxi bi trasparenza, jgħid il-verita u mhux il-gideb u jieħu deċiżjonijiet fil-ħin u mhux ikaxkar u jżomm mal-wegħdiet u mhux isib l-iskużi. Qal li jittama li din kienet wake up call u issa l-Prim Ministru qam.
aktar qabel
Tkellem Carm Mifsud Bonnici li wasal tard fil-parlament dwar l-inċident li semmielu l-Prim Ministru tal-qtil taż-żagħżugħ Niġerjan fejn qal li hu għamel inkjesta dwar il-każ. Hu tenna li hu qatt ma ħeba xejn u r-rapport ntbagħat lil kmandant tad-detenzjoni u lill-kummissarju tal-pulizija. Qal ukoll li hu ma kienx responsabbli fl-inkjesta tal-immigrant mill-Mali għax dak iż-żmien ma kienx għadu ministru.
Il-Ministru Zammit Lewis qal li l-każ ta' Mallia hu każ sfortunat. Qal li r-rapport jgħallem lil kull ministru kif għandu jaġixxi meta ħatra li jkun għamel tmurlu ħażin. Faħħar lir-rapport tal-imħallfin fejn anke rrimarkaw li kien hemm min għamel allegazzjoni li dan il-bord hu parti mill-cover up. Qal li dawn l-imħallfin kienu nħatru mill-Partit Nazzjonalista fil-gvern u huma mpekkabbli fil-qadi ta' dmirijiethom u dawn għamlu ċensura lil min għamel soap opera minn din il-kwistjoni. Mifsud Bonnici kien se jitlaq mill-kamra fuq id-diskors ta' Zammit Lewis iżda reġa' irritorna fis-seat tiegħu b'Zammit Lewis jgħid li ma jistax jifhem għaliex din il-kommozzjoni meta semma l-inkjesta ta' Kamara.
Evarist Bartolo xebbaħ li l-oppożizzjoni qed iġibu ruħhom bħala verġni u qatt m'għamlu dnub u xebbaħ lill-oppożizzjoni li huma nies li qishom qatt ma kienu fil-gvern u qed jippridkaw qisu dejjem kienu bla tebgħa u illum qed iħossuhom li jistgħu jitkellmu b'arroganza li tistenniha minn fariżej. Skont rapporti tat-telfa issib li huma ma kinux safja u bla tebgħa fejn anke kien hemm li l-partit tagħhom inħakem minn klikek li ma setgħux jitrażżnu.
Semma lil Żeppi l-Ħafi u anke l-iskandlu taż-żejt fejn Gonzi qal li kulmeta kellu xi rapport dejjem wasslu għand il-kummissarju tal-pulizija u semma wkoll li kien iwasslu anke lill-awtoritajiet kompetenti. Semma wieħed mill-iskorta kien tah file li fih kien hemm dokumenti dwar l-iskandlu taż-żejt fl-2012 u Gonzi kien qallu biex jieħdu għand is-superjur tiegħu u dan obdih. U xi ħadd minn ministeru tal-gvern qallu biex jixxredjah u qal li min huma għandhom inizjali RS u l-ieħor BP. Reġa tenna li l-PN huma Fariżej.
Beppe Fenech Adami qal li Muscat qed jammetti falliment fil-ġlieda kontra l-kriminalita u fuq din l-ammissjoni biss Mallia kellu jitneħħa. Kompla jgħid li l-poplu tilef kull fiduċja fil-korp tal-pulizija.
Għal dan id-diskors qam storbju min-naħa tal-membri Laburisti fil-parlament b'Fenech Adami jgħid li akkost ta' dawn il-fallimenti d-deputati tal-gvern baqgħu jfaħħru lil Mallia. "Issa qed tħallsu l-prezz li begħtu ruħkom biex tirbħu l-elezzjoni," qal Fenech Adami li qal ukoll li f'20 xahar il-korp tal-pulizija bidel 4 kummissarji.
Dwar li l-prim ministru, Fenech Adami qal li mar jorqod fil-lejl tal-isparatura qallu,"min jorqod ma jaqbadx ix-xarks li int ħallejt iduru miegħek." Hu sejjaħ lil Mallia li hu 'accident waiting to happen' u bħalu għandu ħamsa oħra fil-kabinett.
Il-Prim Ministru Muscat beda d-dibattitu jgħid li fil-pulizija hemm ħafna problemi li jridu jiġu solvuti għax it-taħriġ juri li ma sarx sew fejn pulizija jispara għax jolqtulu karrozza u oħrajn li joħorġu recordings li jsiru fid-depot. Semma wkoll l-każ ta’ żmien Carm Mifsud Bonnici fejn immigrant illegali ġie maqtul u r-rapport tal-inkjesta qatt ma ġpie pubblikat.
Reġa wissa lil Busuttil li l-gvern tiegħu fetaħ bieb ta’ akkontabilita li minn Jannar se jpoġġi għal test lill-kap tal-oppożizzjoni xahar wara xahar .
Għal Oppożizzjoni tkellem Jason Azzopardi li qal li l-każ ta’ Sheehan temm l-era ta’ labour invinċibbli. Semma wkoll kif nies bħal Silvio Scerri ġie assolt mill-ħtija avolja kellu x’jaqsam mal-kitba tal-istqarrija. Semma wkoll li la l-prim ministru u lanqas iċ-chief of staff tiegħu Keith Schembri ma ġew intervistati mill-bord tal-inkjesta. Filwaqt li qal li la tneħħew Ray Zammit u mallia gġħandu jitneħħa wkoll min kiteb l-sitqarrija għax ħadd mhu qed jemmen li dan ma kienx jaf.
Kien il-ħin ta’ Owen Bonnici l-ministru tal-ġustizzja li qal lil kap tal-oppożizzjoni biex jieqaf jattakka u jimmina liġ-ġudikatura għax kritika distruttiva ikollha impatt negattiv fuq il-poplu li ma jibqax jafda fil-ġudikatura. Hu staqsa lil Busuttil jekk issa hu hux se jerfa r-responsabilita tal-abbużz ta’ poter li sar mill-gvernijiet Nazzjonalisti.
Leo Brincat qal li n-Nazzjonalisti ppruvaw iqajmu l-biżat tal-vjolenza tal-passat iżda l-gvern laburista tgħallem lezzjoni li jigarantixxi l-akkontabilita.