Il-GUG diżappuntata dwar nuqqas ta' azzjoni konkreta

L-istudenti Għawdxin iddiżappuntati dwar dak li mhux jitwettaq fejn jidħol Għawdex

Fost ir-referenzi li kien hemm dan l-aħħar dwar l-aċċessibbiltà bejn Malta u Għawdex, li jinkludu s-servizz ta' fast ferry service propost mill-Prim Ministru Joseph Muscat, il-Grupp Universitarji Għawdxin (GUG), ħassew il-bżonn li jsemmgħu leħinhom għan-nuqqas ta' azzjoni konkreta fuq dan il-proġett.

Kif qalet qabel l-organizzazzjoni, huwa tassew favur il-fast ferry service li tieħu l-passiġġieri direttament mill-Imġarr għall-Belt Valleta, li tiffranka l-ħin għall-istudenti u l-ħaddiema li ħafna minnhom jaħdmu jew jistudjaw f'dik iż-żona. Għalkemm Muscat qal li l-istudji għaddejjin u ilhom għaddejjin għal tul ta' snin, il-GUG temmen li l-fast ferry service għandha tibda malajr kemm jista' jkun hekk kif il-gżira Għawdxija qiegħda taffaċċja eżodu t'imħuħ iktar ma jgħaddi ż-żmien.

Il-GUG qed tħares 'il quddiem lejn proġetti ta' progress fuq il-gżira Għawdxija permezz taż-żieda tat-tieni fibre optic bejn il-gżejjer, hekk kif iż-żieda ta' dan iżżid iktar xogħlijiet u investiment f'Għawdex.

More in Politika