Muscat jiltaqa' ma' Merkel bħalissa f'Berlin

Muscat kien akkumpanjat minn George Vella u Silvio Schembri

Ritratti - DOI
Ritratti - DOI

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ġie milqguħ minn Angela Merkel, il-Kanċillier Ġermaniż f'Berlin. Dawn iltaqgħu għall-ewwel darba u kellhom laqgħat uffiċjali.

Merkel kienet iltaqgħet ma' Lawrence Gonzi, li bħalha ġej mill-Partit Popolari Ewropew, il-partit tad-Demokristjani, fil-bidu tal-2013, ftit qabel l-elezzjoni ġenerali f'Malta.

Muscat kien akkumpanjat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella u l-Membru Parlamentari Laburista Silvio Schembri.

Id-delegazzjoni mbagħad iltaqgħet ma' membri mill-Grupp tal-Ħbiberija Parlamentari Maltija-Ġermaniża, waħda mill-54 gruppi bilateri u multilaterali ffurmata. Il-grupp kien preżentat minn Mechthild Rawert (SPD) u viċi chairpersons Marlene Mortler mis-CDU u Halna Wawzyniak mill-Partit Xellugi Ġermaniż u Valerie Wilms mill-Partit tal-Ħodor.

More in Politika