Il-Gvern għandu jħabbar roħs sostanzjali fil-prezzijiet tal-fuel - PN

L-Oppożizzjoni tistenna li l-Gvern jippubblika l-kuntratti ta’ hedging

It-traħħis ta’ erba’ ċenteżmi żgur li mhuwiex biżżejjed - PN
It-traħħis ta’ erba’ ċenteżmi żgur li mhuwiex biżżejjed - PN

Il-Partit Nazzjonalista qal fi stqarrija li fid-dibattitu Parlamentari tal-lejla, l-Oppożizzjoni qed tistenna li l-Gvern iħabbar roħs sostanzjali b’mod immedjat fil-prezzijiet tal-petrol u d-diesel. “Dan id-dibattitu se jsir 14-il ġurnata wara li l-Oppożizzjoni ressqet mozzjoni fil-Parlament għal dibattitu li għandu jwassal biex il-prezzijiet tal-petrol u d-diesel jorħsu b’mod sostanzjali u immedjat.”

Il-PN qal li l-Oppożizzjoni qed tistenna wkoll li jiġu ppublikati l-kuntratti ta’ hedging li l-Gvern qed jgħid li għamel.
“L-Oppożizzjoni tfakkar li l-laqgħa li għandu l-Ministru tal-Enerġija llum mal-imsieħba soċjali qed issir biss wara insistenza minn numru ta’ msieħba soċjali u mhux għax ried hu. Fil-fatt, kważi l-imsieħba soċjali kollha – ħlief il-General Workers’ Union – urew it-tħassib tagħhom dwar il-prezzijiet għoljin tal-petrol u d-diesel u talbu li l-prezzijiet għandhom jorħsu b’mod immedjat u b’mod sinifikanti biex ma tkomplix titnaqqar il-kompetittività ta’ pajjiżna, kif ukoll minħabba l-piż żejjed li għandhom il-familji Maltin u Għawdxin.”

Il-PN fakkar li l-uniku traħħis li għamel il-Gvern kien il-ġimgħa li għaddiet u sar biss minħabba l-pressjoni li saret mill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil – b’mod speċjali wara l-laqgħa li kellu mal-imsieħba soċjali. “Madanakollu, t-traħħis ta’ erba’ ċenteżmi żgur li mhuwiex biżżejjed meta l-familji u n-negozji Maltin għadhom iħallsu fost l-ogħla prezzijiet għall-petrol u d-diesel fl-Ewropa.”
 
 

More in Politika