Deputat u kandidat tal-partit Laburista jikkritikaw Xarabank

Jason Micallef u Luciano Busuttil dalgħodu fuq Facebook ikkritikaw il-programm Xarabank fuq l-istazzjon nazzjonali

Iċ-Chairman ta' One Productions u V18, kandidat u eks segretarju Ġenerali tal-Partit Laburista, Jason Micallef fuq Facebook tiegħu dalgħodu kkritika b'mod iebes kif ġie trattat suġġett ta' Angelik fuq il-programm Xarabank fuq l-istazzjon tal-Istat. Jason Micallef qal li mhux ġust li x-xandir nazzjonali mħallas mill-poplu jitħalla jwassal programmi foloz u qarrieqa bħal dak li sar ilbieraħ dwar Angelik u d-dehriet tal-Madonna.

Il-membru parlamentari u ċerman tal-Kunsill Malti għall-Isport l-avukat Luciano Busuttil irrefera għal Xarabank tal-bieraħ bħala programm ridikolu bi flusna.

Kienu l-ħafna fuq Facebook li wrew l-istess ħsibijiet dwar is-suġġett li ġie trattat ilbieraħ fil-ġurnata li tela' s-siparju fuq il-Karnival ta' Malta. Ħafna wkoll jaqblu maż-żewġ uffiċjali tal-Partit Laburista fejn qalu li għandhom raġun għax huma l-ħafna diżgustati fuq is-suġġett li ġie diskuss fuq l-aktar programm televiżiv segwit f'Malta.

More in Politika