Metsola tammetti li taħt il-PN żdied il-faqar f’Malta

Roberta Metsola ammettiet fil-Parlament Ewropew li taħt amministrazzjoni preċedenti, bejn l-2008 u l-2012, f’pajjiżna żdied il-faqar.

L-ewroparlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola – li fit-8 ta’ Jannar li għadda nħatret mill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil bħala Shadow Minister għall-Affarijiet Barranin – ammettiet fil-Parlament Ewropew li taħt amministrazzjoni preċedenti, bejn l-2008 u l-2012, f’pajjiżna żdied il-faqar.

Kien fl-aħħar tax-xahar li għadda li Roberta Metsola rreferiet għal statistika riċenti li turi kif 24.8% tal-popolazzjoni Ewropea, ekwivalenti għal 124 miljun persuna, hija fir-riskju tal-faqar u l-eskluzjoni soċjali.

Ix-shadow minister Nazzjonalista staqsiet lill-Kummissjoni Ewropea x’miżuri beħsiebha tieħu – fosthom fil-qasam tal-edukazzjoni u l-protezzjoni soċjali – biex iċ-ċittadini Ewropej joħorġu mill-povertà.

Fid-domanda tagħha, Roberta Metsola ddikjarat bl-aktar mod ċar li Malta hija fost l-istati membri tal-Unjoni Ewropea li fihom żdied severament il-faqar materjali bejn l-2008 u l-2012. Ħlief xahrejn ta’ kampanja elettorali wara li waqa’ l-Gvern Nazzjonalista, dawn kienu s-snin kollha tal-aħħar leġislatura li kienet ikkaratterizzata minn instabbiltà ekonomika u politika.    

Aktar fil-ħarġa tal-ILLUM

More in Politika