CLAUDIO GRECH fil-parlament staqsa lill-Ministru għall-Enerġija u s-Saħħa fil-parlament jekk jista xjgħid kemm-il pazjent tħalla jistenna fuq stretcher f’xi kurudur, fis-sala tal-osservazzjoni jew f'xi parti oħra tal-Isptar Mater Dei li mhux ward, bejn Ottubru u Novembru 2014? Jista' jagħti d-dettalji ġurnata b'ġurnata?
Il-MInistru Konrad Mizzi wieġbu li F’Ottubru tal-2014 kien hemm 123-il pazjent waqt li fl-istess perjodu fl-2011 kien hemm 376-il pazjent. F’ Novembru tal-2014 kien hemm 124-il pazjent waqt li fl-istess perjodu fl-2011 kien hemm 637-il pazjent. Il-Ministru ma tax dettalji kif mitlub ġurnata b'ġurnata