Turija oħra ta’ fiduċja u ottimiżmu

Il-Gvern biegħ €180 miljun f’Malta Government Stocks

Ritratt Arkivji
Ritratt Arkivji

Id-Dipartiment tal-Informazzjoni fi stqarrija qal li wara li ftit ġimgħat ilu, għall-ewwel darba fl-istorja, ġie stabbilit li l-ammont ta’ depożiti tal-familji Maltin f’banek Maltin qabeż id-€9 biljuni, issa waslet konferma oħra tal-fiduċja li teżisti bħalissa. Fi tmien sigħat u nofs, il-Gvern irnexxielu jbiegħ €180 miljun f’Malta Government Stocks.

Id-domanda tant kienet għolja li kull minuta nbiegħu kważi €350,000 fi stocks. Il-Gvern spiċċa biegħ 50% aktar milli kien ippjana oriġinarjament. Minflok is-soltu erbat ijiem, din id-darba l-bejgħ ingħalaq f’anqas minn jum wieħed.

 

More in Politika