Approvati €22,627,422 mill-Kummisjoni Ewropea għas-settur marittimu f'Malta

Investiment bl-għan li jsaħħaħ is-settur marittimu, is-sajd u l-akwakultura f'Malta. 

Il-Kummissjoni Ewropea approvat il-Programm Malti ta' Operat Ewropew għall-Fond tas-Sajd fil-perjodu bejn 2014 - 2020. Dan seħħ wara n-negozjati meħtieġa u jfisser li Malta tista' tinvesti €22,627,422 taħt Programm ta' Operazzjoni. 

Il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd (EMFF) iforni il-fondi neċċessarji għas-Sajd u l-industrija tal-akwakultura, kif ukoll il-komunitajiet kostali sabiex jgħinhom jadattaw għall-kundizzjonijiet li dejjem jinbidlu f'dan is-settur. Tgħinhom ukoll jissaħħu ekonomikament u li jkunu sostenibbli ekoloġikament. Dan il-fond huwa wieħed  mill-ħames Fondi Ewropej ghall-Istrutturar u Investiment - li kollha għandhom l-għan li jixprunaw it-tkabbir u x-xogħol fl-Ewropa. 

Dan l-investiment f'Malta bejn l-2014 u l-2020 għandhom l-għan li l-komunità tas-sajd lokali tibbenifika minn opportunitajiet ġodda fis-sajf u f'setturi oħra għall-ekonomija marittima. Is-settur tal-akwakultura ħa jkollu aktar investiment sabiex ikun hemm aktar tkabbir li jkun favur l-ambjent, ikun hemm aktar kompetizzjoni u innovazzjoni. Ix-xjentisti u r-riċerkaturi ħa jkollhom aktar fondi u riżordi biex jagħmlu studji neċċessarji u jagħtu l-pariri neċessarji sabiex b'hekk is-sajjieda u l-konsumaturi jkunu jistgħu jibbenifikaw minn ħut aktar b'saħhtu u prodott b'valur nutrizzjonali aktar għoli. 

 

More in Politika