Sentejn mill-Gvern Laburista f'Reporter

Fost il-mistiedna, Gejtu Vella, Robert Musumeci, Josef Caruana u Michael Brigulio

Sentejn ilu, fid-9 ta' Marzu, il-Partit Laburista rebaħ l-elezzjoni ġenerali b'maġġoranza assoluta ta' 36,000 vot. Illum, sentejn wara, il-programm ta' diskussjoni Reporter se jitratta dawn is-snin ta' gvern Laburista u t-tmexxija tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Fil-programm immexxi minn Saviour Balzan, il-mistednin se jkunu Gejtu Vella, Robert Musumeci, Josef Caruana u Michael Brigulio.

Reporter jixxandar fid-20.40 fuq TVM2, b'ripetizzjoni immedjatament wara, fl-21.45 fuq TVM.

 

More in Politika