Il-Kritika llum hi fuq kemm raħsu l-kontijiet - Joseph Muscat
F'attività politika fil-Birgu, fakkar fil-kontijiet orħos li se jsarrfu f'€70 miljun fl-ekonomija Maltija
More in Politika
F'attività politika fil-Birgu, fakkar fil-kontijiet orħos li se jsarrfu f'€70 miljun fl-ekonomija Maltija
Waqt attività politika fil-Birgu, il-Prim Ministru Joseph Muscat fakkar meta sentejn ilu għamel ħalfa solenni biex jaħdem għall-pajjiż u biex iġibu ’l quddiem.
Il-Prim Ministru semma kif fil-każ ta’ Giovanna Debono, il-Kap tal-Oppożizzjoni ma mexiex bl-istess skala ‘tal-ħames sekondi’ li mexa biha fil-każi ta’ Ninu Zammit u Michael Falzon.
“Min xiex qed jibża jew jinkwieta l-kap tal-Oppożizzjoni?” staqsa Muscat, u jekk Simon Busuttil hux qed jibża li tinkixef xi ħaġa li ma jridx li ssir pubblika.
Muscat qal li meta tkun ottimist, tkun ibbażat fuq il-fatti u bħala Gvern Laburista, wed ikunu pożittivi għax qed jisarraf ġid u xogħol għall-familja u għan-negozji. “Kien ilu żmien ma jkun hemm lista daqshekk twila ta’ benefiċċji soċjali ġodda li qed jiżdiedu żmien twil.”
“Dan huwa l-ottimiżmu li nibnu matul is-sentejn. Il-fiduċja tissarraf f’ħidma f’setturi differenti, bħall-edukazzjoni u l-għalliema li qed isir investiment fihom bis-sena sabbatika mħallsa mill-Gvern. Wiegħda oħra li qed issir ħidma fuqha, sostna Muscat, hija dik li meta għalliem jiċċaqlaq minn skola tal-Gvern għall-tal-Knisja jew viċi versa, l-esperjenza li tkun ġiet akkwistata tibqa’ tissarraf fl-iskola l-ġdida.
Semma wkoll il-korpi ddixxiplinati fejn illum huwa jum storika fejn għandjhom x’jaqsmu r-relazzjonijiet industrijali f’pajjiżna hekk kif il-pulizija, membri tal-protezzjoni ċivili, l-armata u uffiċjali tal-ħabs, issa għandhom l-opportunità li jissieħbu f’union tal-għażla tagħhom. B’hekk issa hemm sistema fejn jekk ħaddiem għandu sitwazzjoni, għandu min jiddefendih bil-fatti.
Enfasizza li “ħadd ma jista’ jgħid li nsejna n-nofsinhar ta’ Malta, wara tant snin abbandunat” waqt li semma kif meta ġie l-Prinċep William, ħadu hemmhekk u meta se jiġu r-rappreżentanti taċ-CHOGM, se jagħmel l-istess u jeħodhom f’din il-parti ta’ Malta. Semma kif jemmen li dan il-Gvern jemmen li din in-naħa ta’ Malta fadlilha ħafna fejn tista’ tilħaq il-potenzjal sħiħ tagħha permezz tal-edukazzjoni u x-xogħol. Meta tkellem dwar in-Nofsinhar ta’ Malta, semma kif “Bil-punt biss li għalaqna il-powerstation tal-Marsa li ilha 27 titwegħed li se tingħalaq,” nuru kemm għandna għal qalbna din il-parti ta’ Malta. kellu jkun dan il-Gvern li ħa l-passi li kein hemm bżonn biex din il-power station għalqet darba għal dejjem.”
Fejn għandu x’jaqsam ix-xogħol tal-prekarjat, saħaq li mhux se jgħid li intlaħqet u ġiet solvuta l-problema. “Min jibqa’ jilgħab mad-drittijiet tal-ħaddiema se jittella’ quddiem tribunal u se jiġi blacklisted.”
Waqt l-istess attività politika fil-Birgu fejn ġew imħabbra l-kandidati tal-Kunsill Lokali għal din il-lokalità, indirizzaw lill-pubbliku il-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, Michael Farrugia u l-Membru Parlamentari Luciano Busuttil. Iż-żewġ kelliema elenkaw il-bosta proġetti li wettaq il-Gvern Laburista matul l-aħħar sentejn ta’ tmexxija fosthom is-servizz ta’ childcare bla ħlas, u r-roħs tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma waqt li wissew lill-Kap tal-Oppożizzjoni li l-kbir għadu ġej.