In-nies ta’ fiduċja qed jiswew €15-il miljun fis-sena – Robert Arrigo

F’ħames snin in-nefqa se tlaħħaq €70 miljun

F’ħames snin in-nefqa se tlaħħaq €70 miljun
F’ħames snin in-nefqa se tlaħħaq €70 miljun

“Il-ħatriet li saru s’issa matul din il-leġiżlatura fil-Ministeri fuq il-mertu ta’ persuni ta’ fiduċja, jindikaw li l-ispiża tal-Gvern tista’ titla’ sa €15-il miljun fis-sena.” Dan qalu fil-Parlament id-Deputat Nazzjonalista Robert Arrigo.

Arrigo qal li f’kull Ministeru hemm madwar 16-il persuna ta’ fiduċja tal-Gvern, b’salarju medju ta’ madwar €40,000.  Kompla jgħid li fuq perjodu ta’ ħames snin se jkun ifisser li l-ispiża tal-Gvern fuq dawn il-ħatriet tlaħħaq nefqa ta’ €70 miljun.

Il-kelliem ikkritika lill-Gvern għan-nuqqas ta’ informazzjoni meta qed jiġi mitlub iwieġeb dwar il-ħatriet approvati mill-Ministri u li qed isejħu bħala persuni ta’ fiduċja. Saħaq li se jibqa’ jistenna lill-Gvern jagħti l-informazzjoni mitluba.

 

More in Politika