Iżlanda waqqgħet l-applikazzjoni tagħha sabiex tissieħeb mal-UE - hekk kif imwiegħed mill-gvern ewroxettiku elett fl-istess pajjiż sentejn ilu. L-Iżlanda applikat għas-sħubija mal-UE fl-2009, fi żmien fejn il-pajjiż kien fi stat imwiegħer ta' kriżi ekonomika. Kien fl-istess żmien fejn il-munita tal-Iżlanda, il-krona tilfet aktar min-nofs tal-valur tagħha. L-Iżlanda l-aktar li ħadet daqqa ta' ħarta kien meta l-kollass tal-Bank ta' Investiment Amerikan Lehman Brothers kkawża l-kollass tat-tliet l-akbar banek tagħha.
Madanakollu, l-Iżlanda dejjem kellha ostaklu x'tegħleb sabiex is-sħubija tagħha fl-UE tkun possibbli - il-kwoti fuq l-qbid ta' ħut, li ħolqot diżgwid hekk kif is-sajd huwa importanti ħafna għall-ekonomija tal-Iżlanda.
Mad-dikjarazzjoni tal-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Gunnar Bragi Sveinsson li l-Iżlanda waqqgħet l-applikazzjoni tagħha għas-sħubija fl-UE, eluf niżlu fit-toroq ta' Reykjavik jistaqsu li jitressaq quddiemhom referendum sabiex ikollhom sehem fid-deċiżjoni huma wkoll. Riċentament, però, jidher li aktar ma jgħaddi ż-żmien, fl-Iżlanda, aktar bdew jiżdiedu dawk kontra l-isħubija fl-UE - hekk kif għal bosta din qatt ma kinet prijorità.