AĠĠORNAT: Godwin Sant ħareġ fuq pleġġ u fuq garanzija personali ta’ €10,000.
Sant tressaq il-Qorti aktar kmieni dalgħodu quddiem il-Maġistrat Anthony Micallef Trigona fejn kien mixli b’evażjoni ta’ taxxa, tixħim, ħasil ta’ flus u użu inapproprijat ta’ komputers.
AKTAR KMIENI: Se jitressaq il-Qorti Godwin Sant. Sant kien issemma f’rapport tal-gazzetta MaltaToday ta’ nhar il-Ħadd 25 ta’ Jannar fejn il-gazzetta ppubblikat emails li kien juru r-rabta diretta bejn Godwin Sant u George Farrugia.
L-istorja żvelat kif Godwin Sant, li kien jaħdem bħala Direttur mal-Awtorità Maltija tar-Riżorsi, kien għadda kopja tal-abbozz tal-liġi lil George Farrugia qabel ma din għaddiet għand il-Ministru.
George Farrugia kien ingħata proklama fil-każ tal-iskandlu tax-xiri taż-żejt, liema skandlu kien ukoll inkixef mill-MaltaToday.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.