Eluf jipprotestaw fi Frankfurt

Protesti kontra l-awsterità bi protesta għall-ftuħ ta' sede ġdida tal-Bank Ċentrali Ewropew
 

Dalgħodu Frankfurt qamet għall-korla ta' mijiet ta' manifestanti li bdew jipprotestaw kontra l-awsterità - hekk kif intefgħu ġebel u tqabbdu karozzi tal-pulizija bi protesta għall-ftuħ ta' bażi ġdida għall-Bank Ċentrali Ewropew (ECB) fl-istess belt ġermaniża. Fl-irvell sfaw midrbin xi uffiċjali tal-pulizija. L-attivisti, hekk imsejħin "Blockupy" huma mistennija li jerġgħu jinżlu fit-toroq ta' Frankfurt kontra l-irwol tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-miżuri t'awsterità fl-Istati Membri tal-UE.

Bħala prekawzjonijiet, il-pulizija qed tieħu l-passi meħtieġa, filwaqt li iż-żona kollha qed tiġi mgħassa minn ħelikopters. Qed jingħat li hemm madwar 10,000 dimonstrant fl-isem ta' "Blockupy", fejn kien hemm diġà 350 li ġew arrestati. Is-sede l-ġdida tal-ECB se tiġi inawgurata fil-11am.

 

 

 

More in Politika